Uriah Heep f'Malta | One News

Notifiki

Uriah Heep f’Malta

Il-Grupp Mużikali renomant Uriah Heep ser jagħti kunċert live f’pajjiżna fid-29 ta’ Lulju f’ Ta Liesse fil-Belt Valletta. Il-Grupp huwa wieħed magħruf ferm ma dawk kollha li jħobbu il-mużika rock, bil-grupp ikollu uħud mill-iktar kanzunetti popolari ta’ dan il-ġeneru.

Dan il-grupp huwa tal-istess kalibru bħal aristi kbar oħrajn bħal Led Zeppelin, Black Sabbath, u Deep Purple. Tul il-karriera twila tagħhom irnexxielhom ibiegħu aktar minn erbgħin miljun album madwar id-dinja. Matul is-sena li għaddiet, Uriah Heep tat spettaklu lil udjenzi Ewropej f’tour li għalih biljetti tal-kunċerti inbiegħu f’minuti. Hua żaru postijiet bħar-Russja, l-Olanda u anke saħansitra il- Ġappun.

Il-Kunċert li ser jagħtu f’Malta ser ikun partikolari għal grupp, għaliex il-pjanist tal- grupp, Phil Lanzon huwa ta’ dixxendenza Maltija. Il-Gruppi mużikali Maltin Crux u Nomad Son ingħataw l-opportunita’ li jiftu il- kunċert b’kanzunetti tagħhom Biljetti għal dan l-avveniment jistgħtu jinkisbu minn ticketline.com.mt.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend