Tieġ Malti fiż-Żurrieq | One News

Notifiki

Tieġ Malti fiż-Żurrieq

Nhar is-Sibt 21 ta’ Mejju 2016, fis-07:00 ta’ filgħaxija, fil-pjazza ta’ Bubaqra fiż-Żurrieq, se jsir re-enactment li juri żwieġ tipiku Malti tal-passat.

Dak iż-żmien it-tħejjija għaż-żwieġ kienet differenti ferm. Meta xebba kienet tkun lesta għaż-żwieġ, kienet titpoġġa qasrija tal-ħabaq ġot-tieqa tad-dar tagħha. Jekk ġuvni żagħżugħ kien ikollu xi intenzjoni li jiżżewweġ lil din ix-xbejba, kien iqabbad ħuttab sabiex jiftiehem mal-ġenituri tat-tfajla.

Fil-każ tar-re-enactment, l-għarusa se toħroġ minn ġo dar storika fil-pjazza ta’ Bubaqra. Numru mdaqqas ta’ atturi se jieħdu sehem fil-gilwa. Il-qraba, l-ħbieb u l-ħaddara, lebsin ilbies eleganti u kkulurit ta’ l-epoka, se jimxu taħt il-baldakkin. Oħrajn se jimxu warajhom, lebsin l-ilbies normali ta’ dak iż-żmien. Dawn kollha se jerħulha lejn il-knisja ta’ Santa Marija, flimkien ma’ għadd ta’ daqqaqa, għannejja u żeffiena.

 

Ir-re-enactment hu organizzat mill-Kumitat Amministrattiv ta’ Bubaqra, fi ħdan il-Kunsill Lokali taz-Zurrieq, bil-kollaborazzjoni tas-Sotto-Kumitat Kultura fi ħdan is-Socjeta Mużikali Santa Katarina VM Zurrieq, bl-għajuna tas- Segretarjat Parlamentari għall- Gvern Lokali u tal-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend