Il-pjan huwa li jagħmel pjan – One News

Notifiki

Il-pjan huwa li jagħmel pjan

L-unika proposta konkreta fil-pjan tal-Partit Nazzjonalista fuq it-traffiku hija li jekk kemm il-darba Simon Busuttil ikun Prim Ministru dan ser jagħmel pjan u strateġija għat-traffiku.

Din l-istrateġija diġa qed issir minn Transport Malta skond l-obligi tal-Unjoni Ewropeja u se tkun lesta sal-aħħar tas-sena.

Qal dan il-Partit Laburista fi stqarriija hekk kif one.com.mt zvelat il-pjan ‘short-term’ ta’ Simon Busuttil dwar traffiku, u l-Ġimgħa filgħaxija Marthese Portelli kellha tibdel il-pjanijiet biex titkellem dwar dan il-pjan.

Il-Partit Laburista kompla jgħid li minkejja li dan il-pjan ilhu xhur biex isir, ma joħroġ l-ebda bakketta maġika li jsolvi l-problemi tat-traffiku u jitfa ħallata ballata ta’ proposti li jew qed isiru diġa jew twettqu jew inkella dark li jidhru ġodda ma jingħataw l-ebda stimi ta’ kemm ser jiġu jiswew.

L-Istqarrija ttemm tghid li minkejja l-kampanja qalila li saret fil-konfront tat-trasport pubbliku, il-Partit Nazzjonalista ma ressaqx proposta waħda ċara u konkreta ta’ kif jagħmlu aħjar is-servizz li tant krittikaw.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend