€437,462 b’risq l-ALS Malta – One News

Notifiki

€437,462 b’risq l-ALS Malta

Nhar il-Ġimgħa fil-għaxija fuq l-istazzjon nazzjonali inġabret is-somma ta’ €437,462 b’risq l-ALS Malta. Din hija l-fondazzjoni li waqqaf Bjorn Formosa, iż-żagħżugħ li sentejn ilu sar jaf li għandu l-marda inkurabbli tal-ALS.

Il-flus li nġabru waqt Xarabank se jmorru biex jinxtara appart li jiffaċilita l-ħajja ta’ persuni bl-ALS u biex tkompli r-riċerka biex tinstab kura għal din il-marda. L-ALS Malta rringrazzjaw lill-Maltin u l-Għawdxin kollha li bi ħġarhom għenu biex din il-ħolma ta’ Bjorn setgħet issir realtà.

Bjorn u l-ALS Malta se jkomplu bil-kampanja tagħhom ta’ għarfien u ġbir ta’ fondi bil-Kunċert “Beat it May”, li se jsir fl-Aria Complex San Ġwann, nhar is-Sibt li ġej 20 ta’ Mejju. #alsmalta #jiencempilt #grazzi

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend