Mistennija finali mill-isbaħ… battalja ta’ tradizzjoni u ġdid – One News

Mistennija finali mill-isbaħ… battalja ta’ tradizzjoni u ġdid

Il-finali tal-FA Trophy li tintlagħat illum wara nofsinhar tista’ tkun deskritta bħala battalja bejn it-tradizzjoni u l-ġdid. It-tradizzjoni ta’ Sliema Wanderers li jekk jirbħu llum ikun rebħu t-tieni l-ikbar unur tal-futbol Malti għal 21 darba u Balzan li qed ifittxu l-ewwel unur maġġuri tagħhom fil-futbol Malti.

Balzan għaddejin minn mument tajjeb wara li fl-aħħar snin stabilixxew posthom bħala forza fil-premier, fost oħrajn bl-akkwist ta’ numru kbir ta’ plejers ta’ livell. Iżda, il-kowċ Oliver Spiteri huwa kawt bħal dejjem. “Ottimisti iżda konxji tas-saħħa tas-Sliema,” qal Spiteri li fisser kif għal din il-logħba ħejja b’mod normali.

Il-kowċ ta’ Sliema Alfonso Greco wkoll kien kawt: “Hija finali importanti għaż-żewġ timijiet. Ġejjin minn logħba tajba kontra Birkirkara, iżda konxju mis-saħħa ta’ Balzan” Intant, interessanti wkoll li t-trofew tal-FA Trophy li mdorrinjin bih se jingħata llum għall-aħħar darba wara li mis-sena d-dieħla se jinbidel.

Screen Shot 2016-05-14 at 07.17.06

Ritratt: MFA

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend