Il-missier jagħma u l-iben jispira ruħu | One News

Notifiki

Il-missier jagħma u l-iben jispira ruħu

Intweriet saħansitra fl-Ambaxxata Russa f’Moska.  Issa għadha kemm intweriet fil-Minsiteru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali. Qed nitkellmu dwar wirja tal-iskultur Philippe Agius minn Bormla.

Agius gietu l-idea ta’ dawn l-iskulturi meta missieru kien għama ta’ 45 sena u ried li l-għomja jesperjenzaw xi ħaġa meta ssemmilhom Ħagar Qim jew xi post iehor. L-skop huwa biex l-għomja jħossu l-vojt fl-iskulturi b’subgħajhom u jifhmu kif inhuma dawn il-postijiet. Dan bl-għajnuna ta’ gwida li jispjegalhom il-wirja fuq il-post.

Eżempju ċar ta’ kif l-arti tista’ ttejjeb ħajjet il-bniedem.

wirja

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend