Il-media tal-PN terġa’ tiżbalja dwar is-saħħa – One News

Notifiki

Il-media tal-PN terġa’ tiżbalja dwar is-saħħa

F’artiklu dwar is-coeliac li deher fuq il-gazzetta In-Nazzjon, il-Partit Nazzjonalista reġa’ kien żbaljat fuq ċifri li għandhom x’jaqsmu mas-saħħa.

Fl-artiklu ġie rrapurtat li l-voucher li l-Gvern jagħti lill-persuni li huma coeliac huwa ta’ €30, iżda fil-fatt dan il-voucher huwa ta’ €45 fix-xahar, u jitla’ għal €50 fix-xahar għall-anzjani u dawk li għandhom il-kartuna r-roża.

Fi stqarrija l-Ministeru għas-Saħħa qal li  qabel ma ġiet introdotta s-sistema tal-voucher, dawk li huma coeliacs ta’ kull xahar kienu jmorru jiġbru numru ta’ prodotti miċ-Ċentri tas-Saħħa ta’ Birkirkara, sistema li ħafna kienu jgergru dwarha minħabba l-limitazzjonijiet tal-għażla li kellha.

Permezz tal-iskema tal-vouchers, kull persuna intitolata għalihom tista’ tuża l-voucher biex tixtri l-prodotti gluten free minn numru kbir ta’ stabbilimenti madwar il-pajjiż.

B’dan l-artiklu, il-Partit Nazzjonalista reġa’ wera li fejn tidħol saħħa qiegħed iħawwad fiċ-ċifri.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend