Ma setgħux ilaħħqu u fetħu kindergarten ġdida | One News

Notifiki

Ma setgħux ilaħħqu u fetħu kindergarten ġdida

Fl-okkażjoni tal-20 anniversarju mill-ftuħ tagħhom, il-Mickeys Child EduCare Centres inawguraw it-tieni kindergarten fil-Pietà.

B’investiment ta’ €500,000 din l-iskola ġiet iddisinjata u mgħammra għall-iskop ewlieni t’edukazzjoni bikrija.

Il-fundatur ta’ Mickeys, Lucienne Zammit, spjegat kif bil-miżura ta’ childcare b’xejn ta’ dan il-Gvern, in-numru ta’ tfal żdied sostanzjalment, u bħhekk kellhom jiżdiedu wkoll l-impjegati.

Irreferiet għas-sajf li għadda, fejn għall HiKids Summer Holiday Club attendew xejn inqas minn 380 tifel u tifla, bl-etajiet ivarjaw bejn it-3 u l-15-il sena.

Il-kindergarten il-ġdida kienet inawgurata fil-preżenza tal-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo li sostna l-impenn tal-Gvern għal iktar importanza lill-edukazzjoni bikrija.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend