Il-'figura ideali': riflessjonijiet ta' ġurnalista | One News

Notifiki

Il-‘figura ideali’: riflessjonijiet ta’ ġurnalista

Kulħadd jixtieq ikun irqaq. Huwa fatt tal-ħajja,  u iktar ma wieħed jammettiha miegħu nnifsu, iktar aħjar. U aktar ma joqrob l-istaġun tas-sajf, aktar wieħed jibda jaħseb biex jonqos mill-piż.

Kull fejn tqalleb fir-rivisti  jew fuq siti elettroniċi ssib artikli jgħidulek kif għandek tonqos mill-piż malajr, jew, iktar prominenti, x’figura wieħed għandu ikollu biex ikun meqjus bħala ‘ideali’.

Ftit naħsbu kemm termini ta’ dan it-tip huma ta’ detriment għall-emozzjonijiet tagħna. Artikli bħal dawn qed jgħidulna li jrid ikollok ċertu figura biex tkun ‘sabiħa’ u meqjusa bħala ideali. Il-Midja toħroġ dawn il-grafiċi b’mod aggredit li jinvadew is-siti elettroniċi u ir-rivisti, u attwalment, il-ħajja personali tagħna.

Jien nagħmel parti minn ġenerazzjoni fejn rat il-fenomenu tas-size zero jiżvolġi tul is-snin. Meta fi snin kruċjali ta’ ħajtek tara grafiċi ta’ nisa rqaq għuda jum wara jum, tibda tistaqsi jekk dak hux l-uniku mod li permezz tiegħu inti tkun meqjusa bħala ‘sabiħa’.

Il-fatt huwa li ħafna nisa u tfajliet m’għandhomx u mhux ser ikollhom dik it-tip ta’ figura.

Hija kwistjoni ta’ natura li ħadd ma għandu kontroll fuqha. U ħadd, lanqas il-midja, ma għandu d-dritt jgħid li xi ħadd huwa inqas min-nies li jidru fir-rivisti minħabba il-piż tiegħu.

Sfortunatament, qed ngħixu f’dinja fejn kulħadd jaħdem biex ikun aqwa minn ħaddieħor  fid-dehra. Kultant nagħmlu dan b’tant aggressjoni li ninsew li il-piż għandu jkun biss kwistjoni ta’ saħħa u mhux vanita.

Li wieħed jaċċetta li figures differenti jeżistu, u meta wieħed jaċċetta dan il- fatt (li il-midja ħafna drabi ma ssostnihx) iktar ikollu paċi miegħu nnifsu.

Huwa tajjeb li nindirizzaw il-kwistjoni tal-obeżità, iżda biex nagħmlu dan qed inħallu kwistjonijiet oħrajn, bħas-self esteem  baxx, l-anoressija u il-bulimija, fid-dlam.

Fl-2014 f’Malta kellna ‘l fuq minn 3,000 li jbagħtu minn forma ta’ eating disorder. Dawn iċ-ċifri allarmanti żdiedu bħal ma żdiedet l-aggressjoni tal-midja bil-modi ġodda , bħal dik tal-famuża thigh gap.

Il-Fatt huwa li ħafna ipoġġu lilhom nfushom f’sitwazzjonijiet perikolużi mmens minħabba dak li jaraw fil-midja, u kif il-midja iġġiegħel wieħed iħossu. Ħadd u xejn mhu aħjar mis-saħħa emozzjonali u fiżika ukoll.

U ma jiswa xejn li tkun tilbes size 8, jekk m’għandekx il-paċi miegħek innifsek.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend