'Psataż ħafna!' – ir-Reġina | One News

Notifiki

‘Psataż ħafna!’ – ir-Reġina

Ir-Reġina Eliżabetta inaqbdet tgħid li uffiċjali Ċiniżi kienu ‘psataż ħafna’ waqt l-aħħar żjara li għamel il-President Xi Jinping fl-Ingilterra.

Flimkien ma’ Kmandant,  ir-Reġina kienet qiegħda tiddiskuti l-mod li bih l-ambaxxatur Ingliż għaċ-Ċina kien trattat.

L-invit għaż-żjara tal-President Xi kienet parti mill-pjan tal-Gvern biex jattira investiment Ċiniż. Filwaqt li ż-żjara kienet deskritta minn Buckingham Palace bħala ‘ta’ suċċess kbir’, ir-Reġina ma tantx kienet ħelwa. Tant li meta introduċewha lill-persuna li ħadet ħsieb is-sigurtà, qaltilha ‘xi sfortuna!’, preċiżament ‘oh, bad luck’.

Umbagħad qalet: ‘They were very rude to the ambassador weren’t they?’

Il-Kmandant wieġbitha li kienu psataż ħafna u xejn diplomatiċi, b’referenza għal meta xi uffiċjali ħarġu ‘l barra minn laqgħa.

Minn jaf x’jaħsbu ċ-Ċiniżi dwar ir-Reġina.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend