Palazz li qiegħed jieħu r-ruħ | One News

Notifiki

Palazz li qiegħed jieħu r-ruħ

Bħalissa fil-Palazz ta’ Sant’Anton għaddej restawr estensiv f’żoni differenti. Dan sabiex, fi kliem l-President ta’ Malta, “il-Palazz ta’ Sant’Anton, jerġa jiġi għall-istat li kien oriġinarjament fih biex jitgawda mill-Maltin u mill-Għawdxin”.

Ir-restawr beda kmieni is-sena li għaddiet meta ġew irrestawrati għadd ta’ kmamar mad-dawra tal-ġnien privat fil-Palazz ta’ Sant’Anton. Dawn il-kmamar illum jospitaw l-uffiċini tal-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjetà. Fl-istess waqt inbeda l-proċess biex kmamar li fil-passat kienu jintużaw bħala ‘store-rooms’ jiġu mbattla kompletament sabiex jiġu trasformati u jsiru multi-purpose halls. Kien waqt dan il-proċess li ġew skoperti għadd ta’ arkati fl-istess parti tal-Palazz, li għadhom kemm ġew rrestawrati, wara li twaqqa’ saqaf li kien qiegħed jifridhom mill-kumplament tal-post fejn kien hemm l-istore-rooms.

Saru ukoll xogħlijiet fil-kċina prinċipali tal-Palazz fejn ġew installaticold-rooms, filwaqt li ġew restawrati għadd ta’ arkati.

Parti mill-proċess tar-restawr jiffoka fuq il-kmamar Statali tal-Palazz ta’ Sant’Anton. Is-sena l-oħra sar restawr fuq dik li ġiet imsejħa il-Music Room, li tintuża b’mod regolari biex isiru kunċerti organizzati mill-Uffiċċju tal-President. L-uffiċini li qabel kieni jinstabu fil-qalba tal-Palazz tniżżlu fis-sular ta’ isfel, sabiex erbat ikmamar jinbidlu f’Librerija, Billiards Room, Ladies room, u Grand Salon. Għal din il-parti tal-proġett tar-restawr saret riċerka ddettaljata ta’ kif dawn il-kmamar kienu fi żmien kolonjali biex iż-żebgħa, d-drapp u l-għamara li ser jintużaw ikunu identiċi għal dawk li kienu jintużaw f’dak iż-żmien.

Iktar dettalji u filmati mill-isbaħ ta’ Kurt Vassallo f’ONE NEWS tal-lejla.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend