Mill-MFSA għal Panama Papers | One News

Notifiki

Mill-MFSA għal Panama Papers

Oħt Richard Cachia Caruana, li kumpanija li tagħmel parti minnha hi tissemma sew f’Panama Papers, serviet ukoll fuq il-bord tal-gvernaturi tal-Awtorita għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA. Din hi l-awtorità li f’pajjiżna tirregola s-servizzi finanzjarji u li hija fdata biex tigarantixxi l-aqwa livelli ta’ skrutinju u trasparenza.

Oħt Richard Cachia Caruana għamlet dan fl-istess żmien li permezz ta’ EMD ADVISORY Service kienet qed tassistiti għadd kbir ta’ kumpaniji biex jiftħu f’ġurisdizzjonijiet meqjusa bħala tax haven.

Komplejna nsegwu l-aħħar żviluppi minn Panama Papers. Żviluppi li raw jitfaċċaw numru kbir ta’ ismijiet assoċjati mal-Partit Nazzjonalista. Louise Ellul Cachia Caruana inħatret fil-bord tal-MFSA fl-2008 mill-Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech u baqgħet fuq l-istess bord għal numru ta’ snin. Fil-fatt spiċċat mill-kariga tagħha fl-2014.

Interessanti kif fl-aħħar jiem kien żvelat ukoll li kumpaniji li jaħdem għalihom Tonio Fenech għandhom interessi fil-British Virgin Islands. Lill-kumpanija EMD jagħtiha konsulenza wkoll Richard Cachia Caruana, eks konsulent tal-Prim Ministru, ambaxxatur u strateġista tal-Partit Nazzjonalista. Bi 72 kumpanija l-EMD hija l-iktar kumpanija li tirrappreżenta interessi ta’ kumpaniji u azzjonisti li jissemmew f’Panama Papers.

Tant hemm rabtiet ma’ kumpaniji li jissemmew f’Panama Papers li fuq is-sit tal-konsorzju tal-ġurnalisti (ICIJ) saret nota biex tgħid li din il-kumpanija tant tirrappreżenta interessi li ma setgħux jagħmlu grafika kif għamlu f’każi oħra bil-għan li kollox ikun spjegat bl-aħjar mod.

Screen Shot 2016-05-11 at 15.04.06

Screen Shot 2016-05-11 at 15.08.56

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Send this to a friend