Logo ġdid għad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali – One News

Notifiki

Logo ġdid għad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali

Waqt żjara li għamel fl-MCAST tal-Mosta l-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia ltaqa’ ma’ grupp ta’ studenti tal-Art & Design illi qed jaħdmu sabiex  il-logo tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ikun mibdul.

Din hija waħda minn sensiela ta’ attivitajiet illi l-Ministeru flimkien mad-Dipartiment qed jorganizzaw sabiex jimmarkaw is-sittin anniversarju mit-twaqqif tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.

Il-Ministru Farrugia qal illi dan l-eżercizzju qed isir għaliex inħasset il-ħtieġa illi l-logo il-ġdid ikun jirrifletti it-tibdiliet li saru f’dawn l-aħħar snin. Huwa qal illi is-soċjetà qed tinbidel u għalhekk bħala Dipartiment hemm bżonn li jimxi mat-tibdil li qed isir.

Dr Farrugia qal illi l-Ministeru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali ħass illi tali bidla għandha issir minn studenti għaliex huma propju l-istudenti il-futur ta’ pajjiżna.

Waqt l-attività li saret l-MCAST numru ta’ studenti urew ix-xogħol tagħhom permezz ta’ preżentazzjoni qasira.

Fil-jiem li ġejjin dawn id-disinji se jkunu murija lil bord ta’ nies professjonisti sabiex ikun magħżul id-disinn rebbieħ.

Il-proċess ser jaħdem billi jkunu short listed 3 disinji biex wara jintagħżel ir-rebbieħ. L-awturi ta’ tlett disinji short listed se jirċievu rigal filwaqt li l-oħrajn se jieħdu rikonoxximent tax-xogħol li għamlu.

Matul ix-xahar ta’ Mejju il-Ministeru se jkun qed ivara l-logo l-ġdid tas-Sigurtà Soċjali, filwaqt illi kull disinn preżentat se jkun esebit f’wirja fl-entratura tal-Ministeru f’Palazzo Ferreria, il-Belt.

Ritratt: Omar Camilleri, DOI

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend