Eurovision: Membru tal-ġurija tar-Russja investigata | One News

Notifiki

Eurovision: Membru tal-ġurija tar-Russja investigata

L-ammiraturi u d-dilettani tal-Eurovision jinsabu mħassba dwar dak li ġie żvelat li seħħ it-Tnejn filgħaxija waqt is-serata mal-ġurija.

Dan hekk kif membru tal-ġurija tar-Russja qed tiġi investigata wara li meta kienet għaddejja l-votazzjoni tal-ġurija, aktarx inkisru numru ta’ regoli tal-Eurovision.

Jidher li l-istess membru tal-ġurija tellgħet filmat tal-votazzjoni b’mod dirett, fejn jidher li qed tappoġġja lill-Olanda, iżda tivvota kontra l-Moldova u l-Ungerija.

Xi ħaġa li tmur kontra r-regoli tal-European Broadcasting Union, l-EBU.

Barra minn hekk, il-membru tal-ġurija tinstema’ tgħid li hi u r-raġel tagħha huma Armeni u għalhekk se jivvutaw lill-Armenja.

Dan kollu jmur kontra r-regoli tal-EBU hekk kif mhux permess li membri tal-ġurija jkunu assoċjati b’xi mod ma’ kanzunetti kompetittivi, anzi jridu jkunu totalment indipendenti.

Dwar dan il-każ mistennija tittieħed deċiżjoni qabel l-ewwel semi-finali tal-lejla.

Nistennew u naraw.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend