Eksmudella b'ambizzjoni li tirreffja fil-Premier League | One News

Notifiki

Eksmudella b’ambizzjoni li tirreffja fil-Premier League

Amy Christophers, eksmudella, qed tittanta xortiha biex tagħmel ħolmitha realtà u tibda tirreffja fil-Premier League Ingliż.

Fil-bidu ta’ din is-sena, Amy, kisbet l-ewwel kwalifika tagħha mill-Assoċjazzjoni tar-referees.

L-eksmudella, partitarja ta’ Chelsea, qalet li minn dejjem kienet tħobb il-futbol u tixtieq li tibda tirreffja biex tkun eqreb l-azzjoni. “Dan mhux passatemp. Iżda passjoni. Neħodha b’serjetà kbira.”

Fl-industrija tal-immudellar, Amy kienet magħrufa bħala ‘Brandy Brewer’.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend