Tsipras jiddefendi | One News

Notifiki

Tsipras jiddefendi

Il-Prim Ministru Alexis Tsipras iddefenda bidliet fil-pensjonijiet u riformi fit-taxxa li kienu approvati mill-Parlament Grieg.

Il-miżuri kontroversjali jemmen li huma neċessarji bħala parti minn riforma biex il-pajjiż jingħata aktar għajnuna finanzjarja, liema għajnuna għandha tiġi diskussa waqt laqgħa bejn il-Ministri tal-Finanzi illum.

Uħud mill-pensjonijiet ser jonqsu, ċertu fondi tal-pensjonijiet ser jingħaqdu, ser tiżdied il-kontribuzzjoni soċjali u t-taxxi għal min għandu dħul medju jew għoli se jiżdiedu.

Tsipras qed jinsisti li l-bidliet mhux se jaffetwaw lill-maġġoranza tal-pensjonanti u ser iwasslu għal sistema ta’ pensjonijiet aktar sostenibbli.

Qabel ittieħed il-vot, inħoloq kjass f’Ateni, b’ribelli jitfgħu bombi tal-pitrolji lejn il-Pulizija, u dawn iwieġbu bil-gass tad-dmugħ. Dawk li jagħmlu parti minn trade unions qed jinsistu li l-pajjiż ma jiflaħx aktar awsterità.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend