Pulizija jieħdu ġustizzja | One News

Notifiki

Pulizija jieħdu ġustizzja

 

Fis-sigħat li ġejjin madwar tletin pulizija se jibdew jirċievu rimedji għal inġustizzji li sofrew fi snin preċedenti.

Il-ġurnal KullĦadd irrapporta li dan se jsir wara li l-ilmenti tagħhom intlaqgħu mill-bord tal-Grievances imwaqqaf mill-Gvern fl-2014, fejn ġew mistħarrġa każi ta’ inġustizzji, bl-ilmenti milqugħa jmorru lura għal seba’ snin qabel.

B’hekk tkompli ssir ġustizzja ma’ dawk li batew inġustizzji fuq il-post tax-xogħol tagħhom fl-imgħoddi, din id-darba ma’ dawk li offrew is-servizzi tagħhom fil-Pulizija.

Filfatt għada f’ċerimonja qasira li ser tkun qed issir fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana, 10 Pulizija se jirċievu l-promozzjonijiet mistħoqqa lilhom.

Il-promozzjonijiet li ser ikunu b’effett minn dati li jmorru lura skont il-każi rispettivi, fost l-oħrajn ivarjaw minn surġenti li se jiġu promossi għar-rank ta’ Surġenti Maġġuri tat-Tieni jew l-ewwel Klassi u kunstistabbli li se jiġu promossi għar-rank ta’ surġent.

Għoxrin persuna oħra li għadhom qegħdin iservu jew servew fil-korp,  hu mistenni li jirċievu fiż-żmien li ġej benefiċċji oħrajn li jinkludu kumpens finanzjaru bħal pensjoni aġġustata.

F’kummenti ma’ dan il-ġurnal il-Ministru għall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali Carmelo Abela qal li fl-aħħar jiem bdew jiġu implimentati r-rakkommandazzjonijiet tal-bord li investiga dawn il-każi u li dan ma kienx l-ewwel wieħed tal-forma tiegħu.

Huwa qal li din kienet deċiżjoni oħra immirrata biex issewwi l-inġustizzji li seħħew fl-imgħoddi.

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Send this to a friend