Ordnata tħallas €71,981 wara dottorat | One News

Notifiki

Ordnata tħallas €71,981 wara dottorat

Il-Qorti sabet lil eksimpjegata tal-Awtorità Marittima ta’ Malta, li issa taqa’ taħt il-kappa ta’ Transport Malta, ħatja ta’ ksur fil-kuntratt t’ impjieg u kkundannata tħallas somma sostanzjali.

Il-Kuntratt, fuq talba ta’ Michelle Grech stess, kien imfassal b’mod li bih l-entità, aċċettat li tiffinanzja l-istudju tad-dottorat tal-impjegata fl-Awstralja, bil-kundizzjoni li malli ttemm il-kors, terġa’ lura Malta taħdem mal-entità għal minimu ta’ ħames snin.

L-awtorità irriżervat id-dritt li jekk din il-kundizzjoni tinkiser, titħallas l-ispejjeż dovuti lura.

Il-Qorti semgħet kif tul il-perjodu ta’ studju, Grech baqgħet tirċievi salarju sħiħ flimkien ma’ alllowances,vjaġġi bir-ritorn bejn Malta u l-Awstralja u kompjuter.

F’Mejju tas-sena elfejn u ħamsa il-mara temmet l-istudji tagħha u kompliet taħdem ma’ Transport Malta għal ftit żmien sa’ ma’ irreżenjat fl-istess sena.

Iżda f’Ġunju tal-elfejn u hamsa hija irriżenjat mill-impjieg tagħha. B’hekk Michelle Grech mhux biss kisret l-ftehim li kellha ma’ Transport Malta iżda naqset milli tħallas l-

ispejjeż, li ammontaw għal aktar minn tlieta u sittin elf lira Maltin lill-awtorità bħala kumpens tal-borża ta’ studju li rċeviet.

Grech sostniet li ma kellha tħallas l-ebda ammont għax il-ftehim bejniethom kienu sproporzjonati u għaldaqstant kontra l-liġi. Hija stqarret ukoll li kienet l-Awtorità li m’onoratx l-obbligi tagħha u li l-ammont mitlub ma kellux jinkludi bħala spejjeż is-salarju li tħallset sakemm kienet qed tistudja.

Il-Qorti laqgħet l-argument li l-kuntratt kien oneruż iżżejjed mal-Awtorità u għaldaqstant naqqset is-somma li kellha tħallas l-eks impjegata €71,981.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend