Kim Jong-un jikkomunika sentimenti paċifiċi | One News

Notifiki

Kim Jong-un jikkomunika sentimenti paċifiċi

Il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq qal li l-pajjiż mhux se juża armi nukleari sakemm ma jkunx mhedded.

Almenu hekk tħabbar fil-mezzi tax-xandir tal-Istat. Il-Korea ta’ Fuq wettqu testijiet fuq armi nukleari fl-2006, wara li kisru trattati internazzjonali.

Tul iż-żmien il-Korea ta’ Fuq heddet b’attakki nukleari fuq il-Korea t’Isfel u l-Istati Uniti.  Iżda issa Kum Jong-un, il-mexxej tal-pajjiż, kien irrapportat jitkellem f’kungress li qed isir fi Pyongyang. Esprima rieda li jsewwi ftit mill-ostilità li pajjiżu għandu ma’ pajjiżi oħra.

Kritiċi qed jikkummentaw li l-mexxej tal-Korea ta’ Fuq għandu ħabta jibgħat messaġġi kunflinġenti. Rapporti f’mezzi oħra tax-xandir jgħidu li l-pajjiż qed jipprepara għal test nukleari ieħor.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend