Tarbija li twieldet b’ 31 saba’ – One News

Notifiki

Tarbija li twieldet b’ 31 saba’

Tarbija ta’ 4 xhur bl-isem ta’ Hong Hong li twieldet fiċ-Ċina, hija tarbija b’31 saba’.

It-tobba qalu kif dan it-tifel għandu kundizzjoni msejħa polydactylism. Din il-kundizzjoni twassal sabiex minn ikollu lilha, jitwieled b’ iżjed swaba minn normal. L-istess kundizzjoni ma nsibuhiex biss fost il-bnedmin iżda nsibuha ukoll fost il-klieb u l-qtates. Children’s Healthcare of Atlanta tgħid kif din hija kundizzjoni komuni u li taffetwa wieħed minn kull 1000 persuna.

Dawn is-swaba żejda jistgħu jitneħħew permezz ta’ operazzjoni. L-ġenituri ta’ Hong Hong qiegħdin jipruvaw jiġbru biżejjed flus sabiex ikunu jistgħu jħallsu l-operazzjoni għat-tifel tagħhom, li bla dubju ser tkun qed tbiddilu ħajtu.

L-omm ta’ dan it-tifel tbagħti wkoll minn din il-kundizzjoni u huwa propju għalhekk li Hong Hong twieled b’din il-kundizzjoni għaliex hemm possibilita’ kbira li tintiret mill-familja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend