Fuq it-tapit l-aħmar b'libsa mill-fliexken riċiklati | One News

Notifiki

Fuq it-tapit l-aħmar b’libsa mill-fliexken riċiklati

Il-MET Ball, avveniment li għalih jattendu numru kbir ta’ artisti magħrufa, sar propju it-tnejn li għadda ġewwa New York. Spikkat il-libsa ta’ Emma Watson, magħrufa għas-serje ta’ films tant popolari Harry Potter.

Dan għaliex hija ddeċidiet li jkollha libsa magħmula minn fliexken tal-plastik riċiklati. Hija sostniet li l-industrija tal-moda hija waħda mill-izjed industriji li jniġġsu l-pjaneta. Fl-aħħar apparenzi tagħha fuq it-tapit aħmar, Watson dejjem rat li jkollha ħwejjeġ li jinkorporaw riżorsi sostenibbli u li tista’ terġgħa tilbes b’ modi differenti. Il-mistoqsija hija jekk hux ser inkunu qed naraw iżjed minn dawn it-tip ta’ lbiesi fis-settur tal-moda.

emma-watson-met-gala-2016-2

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend