Atleti Sodisfatti – One News

Notifiki

Atleti Sodisfatti

Iktar investiment fl-isport. Din id-darba fl-atletika hekk kif Sport Malta ħadet ħsieb li tagħmel investiment fil-warm up track tal-Marsa. Dawk li jiffrekwentaw il-post huma xhieda tal-bidla li saret.

Iċ-Chairman ta’ SportMalta, Luciano Busuttil qal li jinsab kuntent li wara l-għaqal li mexxa biħ dan il-Gvern biex ġab fuq saqajh il-qagħda finanzjarja, issa qed jissarraf f’dawn il-proġetti fejn kulħadd jista’ jara l-frott tal-ħidma kontinwa ta’ SportMalta.

Fil-fatt wara tlieta u ghoxrin sena min meta saret ghal-ewwel darba l-Warmup Track fil-Matthew Micallef St John fil-Marsa sar investiment qawwi fil-manutenzjoni tagħha b’investiment ta’ mitt elf ewro. Il-Warmup Track hija stripa twila mija u erbghin metru u tintuza mil-atleti biex isahhnu l-muskoli taghhom qabel il-kompetizzjonijiet.

It-tisbiħ u l-manutenzjoni ta’ dan il-warmup track kien ilu mwieghed snin u l-Kap Ezekuttiv ta’ Sport Malta, Mark Cutajar, spjega kif SportMalta mhux biss biddlet l-art kollha tat-track iżda sar ukoll xogħol madwarha. Fost l-ohrajn tnehha l-haxix hazin li kien jdawwar l-istrippa u sar landscaping gdid. Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius jikkumenta fil-filmat.

Ritratt: Jeremy Wonnacott, DOI

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend