Allarm qawwi fil-Kanada | One News

Notifiki

Allarm qawwi fil-Kanada

Iddikjarat stat ta’ emerġenza fil-provinċja Alberta l-Kanada. Nirien wasslu biex 88,000 persuna kellhom jitilqu minn djarhom. Uffiċjali qed iwissu li n-nirien, li bdew fis-salvaġġ, jaf jeqirdu ħafna mill-Belt, u l-ġlieda kontra l-fjammi f’dawn is-siegħat hija kruċjali.

In-nar beda nhar il-Ħadd li għadda, u diġa’ qered 1,600 binja f’zona magħrufa bħala Fort McMurray.

L-evakwazzjoni hija l-ikbar waħda fl-istorja ta’ Alberta. Kumaniji taż-żejt fil-madwar kellhom iwaqqfu l-operat tagħhom.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend