Se jitressaq abbozz ta' liġi biex jissimplifika l-proċess tal-adozzjoni | One News

Notifiki

Se jitressaq abbozz ta’ liġi biex jissimplifika l-proċess tal-adozzjoni

Malta tistenna li fi ftit taż-żmien ikollha ftehim ma’ għadd ta’ pajjiżi biex tfal minnhom ikunu jistgħu jiġu adottati minn familji Maltin.

Meta wieġeb mistoqsijiet fil-parlament illejla, il-Ministru Michael Farrugia qal li qed isiru taħdidiet mar-Russja, il-Bulgarija, l-Indja, il-Filippini,iċ-Ċilè, il-Kosovo, is-Slovakkja, l-Albanija, il-Polonja, ir-Republika Ċeka, il-Kambodja, il-Vjentam u l-Istati Uniti.

Rigward adozzjonijiet ta’ tfal Maltin, il-Ministru ħabbar li se jkun qed iressaq abbozz ta’ liġi biex jissimpifika l-proċess tal-adozzjoni. Huwa fakkar kemm il-kwitjoni hija sensittiva fid-dawl li Malta hija art żgħira u n-nies magħrufa. Adozzjoni sfurzata toħloq problema.

L-adozzjoni mill-Kambodja ingħalqet erba’ snin ilu wara li sar magħruf li kien hemm traffikar tat-tfal. Issa l-awtoritajijiet kambodjani qed jikkunsidraw mill-ġdid il-ftuħ tal-adozzjoni u Malta bdiet taħdidiet biex tkun minn ta’ quddiem meta tiftaħ l-adozzjoni minn dan il-pajjiż.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend