Mur l-Imdina u sib ikel minn kull rokna tad-dinja | One News

Notifiki

Mur l-Imdina u sib ikel minn kull rokna tad-dinja

Il-Malta International Food Festival jirritorna fl-Imdina għal sena oħra ta’ ċelebrazzjoni gastronomika minn l-aqwa esperjenzi kulinarji minn madwar id-dinja.

Din l-attivita’ gastronomika tiġbed l-attenzjoni ta’ eluf li ta’ kull sena jattendu sabiex iduqu l-ikel minn 15-il kċina differenti.

Wara s-suċċess tas-sena l-oħra, fl-edizzjoni ta’ din is-sena l-organizzaturi ser ikunu qiegħdin jilqgħu numru ta’ suġġerimenti li saru minn dawk li żaru u ipparteċipaw. Apparti varjazzjoni akbar ta’ ikel din is-sena wieħed jista’ sempliċiment iduq l-ikel minn kċina għal oħra għall-prezz ta’ 2 Ewro biss. Aktar minn hekk din is-sena ser ikunu servuti aktar minn 100 platt differenti kumplimentati minn inbid lokali u internazzjonali. Dan kollu ser ikun servut minn kokijiet lokali u internazzjonali minn lukandi u restoranti professjonali.

Il-festival Internazzjonali tal-Ikel din is-sena ser ikun mifrux fuq tlett ijiem u għalhekk il-Ħadd 8 ta’ Mejju, f’jum l-omm, il-familji jistgħu joffru esperjenza unika lill-ommijiet kollha f’ikla eċċezzjonali fl-isfond tal-astmosfera unika tal-Imdina.

Fost l-ikel li ser ikun servut wieħed jista jsib ikel Taljan, Franciż, Ingliż, Ċiniż, Tajlandiż, Ġappuniż, Spanjol, Tork, Ġermaniż, Grieg u ovjament Malti. Dan l-ikel ser ikun ikkumplimentant minn deżerti u ħelu frisk Maltin u Sqalli.

ikel

Kantanti u bands lokali ser ikunu qiegħdin jipparteċipaw b’mużika kontienwa f’żewġ żoni partikolari li ser ikunu qiegħdin jospitaw mużika live minn l-aqwa artisti lokali. Ser jintramaw ukoll żoni għat-tfal b’numru ta’ bouncy castles u animazzjoni kontienwa.

Id-dħul għal dan il-festival ser ikun b’xejn. Dawk li ser jattendu jistgħu jixtru l-ikel u x-xorb fuq għażla tagħhom. Ser ikun qiegħed jiġi offrut ukoll servizz ta’ Park & Ride mill-inħawi fil-viċinanzi tal-Imdina. It-trasport pubbliku ser ikunu qiegħed jaħdem ukoll b’mod regolari sabiex wieħed ikun jista’ jżur l-Imdina u l-madwar.

ikel2

Il-Malta International Food Festival se jsir nhar il-Gimgha 6 u s-Sibt 7 ta’ Mejju mis-sitta ta’ filgħaxija ‘il quddiem u l-Ħadd bejn il-ħdax ta’ filgħodu u l-ħamsa ta’ wara nofsinhar.

Aktar informazzjoni fuq il-paġna ta’ Facebook jew fuq www.maltainternationalfoodfestival.com

ikel3

 

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend