L-ewwel birthday: sena ta’ ħidma mill-Parlament il-ġdid – One News

L-ewwel birthday: sena ta’ ħidma mill-Parlament il-ġdid

Bħal llum 4 ta’ Mejju ta’ sena ilu, bdiet issir ħidma minn ġewwa l-Parlament il-ġdid. Dan huwa fatt li l-Ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia innota meta laqa’ 150 student mill-iskola Giovanni Curmi Higher Secondary fil-Parlament.

 

L-Ispeaker spjega aspetti importanti fil-Kostituzzjoni u l-ħarsien tad-demokrazija f’Malta.

L-istudenti taħt it-tmexxija tal-għalliema tas-Systems of Knowledge kellhom l-opportunità jiddiskutu diversi temi fosthom l-immigrazzjoni, is-social media networking, l-arkitettura kontemporanja f’ċentri storiċi, il-mużika bħala espressjoni politika, reliġjuża u sentimenti nazzjonali, is-sanzjonijiet fir-rigward tal-art pubblika għall-użu privat u l-ħela tal-ikel. Wara diskussjoni wiesgħa fuq kull tema ttieħed vot elettroniku.

Is-sessjoni kienet indirizzata wkoll mill-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo u l-Membri Parlamentari Anthony Agius Decelis, Francis Zammit Dimech u David Agius.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend