Gingerline: mill-Junior College għal premju internazzjonali | One News

Notifiki

Gingerline: mill-Junior College għal premju internazzjonali

‘Gingerline,’ il-banda tal-Junior College, rebħet premju prestiġjuż f’Istanbul wara li pparteċipaw fit-tieni edizzjoni tal-Vodafone Freezone Internationaln High School Music Contest.

Din l-avveniment, li seħħ fid-29 t’April, kien organizzat mill-End Productions u mmexxi mill-fundatur u l-president Serhat Hacipasalioglu, kantant veteran Tork u li se jkun qed jirrappreżenta lil San Marino fl-edizzjoni tal-Eurovision ta’ din is-sena.

Il-banda tal-Junior College hija magħmula minn Adel Montanaro, Melchior Giordimania, Ian Ellul, Nicholas Camilleri u Mark Vella. Iż-żgħażagħ kienu akkumpanjati mill-Mro. Manuel Pirotta u Ronald Grech Santucci. ‘Gingerline’ kkompetew b’Whole Lotta Love tal-Led Zepplin’s.

Il-ġurija, li fiha kien hemm ukoll il-kompożitur u kantant Malti Mro. Philip Vella, irrikonoxxiet lill-banda tal-Iżlanda bil-premju tal-Aqwa Wirja u lil dik ta’ Malta bil-‘Premju Speċali tal-Ġurija’.

F’din il-kompetizzjoni ħadu sehem baned mill-Bożnja Herzegovina, il-Ghana, Maċedonja u l-Islovenja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend