14-il dritt ġdid għall-persuni b'diżabilità | One News

Notifiki

14-il dritt ġdid għall-persuni b’diżabilità

Persuni b’diżabilita issa jgawdu minn 14-il dritt ġdid. Dan għaliex fil-Parlament għaddiet mill-istadji kollha liġi importanti għall-persuni b’dizabilita’ liema liġi ġiet ippilotata fl-istadji kollha mis-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilita’ u Anzjanita’ Attiva Justyne Caruana.

Mill-lum għalhekk il-liġi dwar l-opportunitajiet indaqs għall-persuni b’dizabilita’ mhux biss hija aġġornata għall-ħtiegijiet tal-lum iżda ġiet imsaħħa b’diversi modi.

Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità se tkun qiegħda tieħu aktar rwol b’saħħtu ta’ regolatur bl-għan tagħha dejjem jibqa’ li tissalvagwardja d-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità.
Il-Kummissjoni issa ser tkun immexxija minn Kummissarju għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, li ser ikollhu wkoll mill-inqas 14-il membru fil-Kunsill għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità li jgħin lill-Kummissarju fil-qadi ta’ dmierijietu.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend