Mhux mobile, mhux tablet, imma suf | One News

Notifiki

Mhux mobile, mhux tablet, imma suf

Bdiet meta marret tixtri xi kotba u fuq trolley lemħet ktieb b’kobba suf miegħu. Ktieb li kellu struzzjonijiet ta’ kif taħdem is-suf.

Minn dik il-kobba suf ħarġet xi haġa għat-tfal tagħha. Il-vizzju rikeb. Minn hemm bdiet tixtri iktar kobob tas-suf u bdiet tagħmel iżjed affarijiet, saħansittra kutri.

Jisimha Giorgia Curmi u toqod Ħal Qormi. Spjegatli li sempliċi kobba suf u ganċ ftit li xejn jieħdu spazu fil-basket.

Meta ltqajt magħha kont għand tax-xagħar. Bħal ma jagħmel kull min naf, biex ngħaddi l-ħin sakemm ikun imiss lili, ħrigt il-mobile u bdejt insewgi is-social media u nara l-aħbarijiet.

Kien ili ħafna ma nara xi ħadd joħroġ kobba suf mill-basket.

Bejn ħasra, għaliex dak li toħroġ bih huwa verament il-ġmiel tiegħu, u bejn imn’Alla. Probabbli int ukoll qed tara dan ir-rakkont fuq il-mobile, sakemm qed tistenna.

13072269_10154257291791336_500050635_o 13113296_10154257314106336_1590752334_o

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend