Malta protagonista fil-protezzjoni ta’ tfal fi kwistjonijiet internazzjonali – One News

Notifiki

Malta protagonista fil-protezzjoni ta’ tfal fi kwistjonijiet internazzjonali

Dalgħodu ingħata bidu għall-konferenza li fiċ-ċentru tagħha hemm il-protezzjoni tat-tfal u l-liġi tal-familja.

Għaliha qed jattendu aktar minn 130 parteċipant minn pajjiżi differenti, biex jiddiskutu proċessi legali u etiċi, ħalli kemm jista’ jkun ma ssir ebda ħsara psikoloġika jew emozzjonali meta t-tfal jesperjenzaw firda fil-familja tagħhom.

Din il-konferenza qed tqajjem aktar inizjattiva f’każijiet fejn xi ġenituri jaħarbu bit-tfal f’xi pajjiż ieħor. Huwa hawnhekk fejn jilgħabu rwol essenjzali liġijiet internazzjonali dwar dan il-qasam.
Il-Ministru għall-Familja u Sigurta’ Soċjali Michael Farrugia qal li huwa l-irwol tal-politiċi li jsibu metodu ta’ koperazzjoni kemm bejn membri tal-familja kif ukoll meta l-proċessi jinvolvu pajjiżi internazzjonali. Il-priorita’ quddiem dan kollu dejjem għandu jkun it-tfal.

Minister for the Family and Social Solidarity Michael Farrugia & Minister for Justice, Culture and Local Government Owen Bonnici address the opening session of ‘The 4th Malta Conference on Cross Frontier Child Protection & Family Law’Grand Hotel Excelsior, Floriana

Il-Ministru Owen Bonnici fakkar kif Malta serviet ta’ pont għad diskussjoni fuq tliet okkazzjonijiet differenti dwar is-suġġett. U għalkemm inkiseb għarfien dwar dan, irridu nkomplu naħdmu biex nestendu l-koperazzjoni f’każijiet ta’ tfal li huma involuti fi kwistjonijiet cross border. 

Minister for the Family and Social Solidarity Michael Farrugia & Minister for Justice, Culture and Local Government Owen Bonnici address the opening session of ‘The 4th Malta Conference on Cross Frontier Child Protection & Family Law’Grand Hotel Excelsior, Floriana

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend