Kundanna mill-Kummissarju għat-Tfal | One News

Notifiki

Kundanna mill-Kummissarju għat-Tfal

Artiklu f’gazzetta lokali bit-titlu, “Charity dinner for Malta’s abandoned children”  jew ‘Ikla b’risq it-tfal abbandunati ta’ Malta’ ġab il-kundanna tal-Kummissarju għat-Tfal. Intqal li t-timbru lil tfal bħala “fqar u abbandunati” u li għandhom bżonn il-karità, hija ta’ ħsara. Żiedet li dan jista’  jikkawża ħsara fit-tfal bi stima baxxa tagħhom infushom u jkattru l-istigma soċjali. 

“Tfal bħal dawn ikunu wkoll aktar suxxettibbli għall-ibbuljar emozzjonali,” qalet il-Kummissarju Pauline Miceli.

“Lit-tfal għandna nagħtuhom il-post biex jagħmlu ħilithom sabiex jiżviluppaw il-potenzjal tagħhom u mhux inħarsu lejhom daqslikieku huma persuni inferjuri,” żiedet tgħid.

Hawn tenniet li l-Kummissarju għat-Tfal tinkoraġixxi li jsiru inizjattivi u avvenimenti għall-benefiċċju tat-tfal, b’mod partikolari għal dawk li jkunu ffosterjati jew fid-djar residenzjali għat-tfal.  Iżda jinħass li l-organizzaturi ta’ avvenimenti bħal dawn għandhom ikunu aktar sensittivi għall-ħtiġijiet u d-dinjità ta’ dawn  l-istess tfal.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend