Demarco jikkonferma li Busuttil gideb | One News

Notifiki

Demarco jikkonferma li Busuttil gideb

Il-Vici Kap tal-Partit Nazzjonalista, Mario De Marco, ikkonferma li ma ppubblikax id-dokumenti marbuta ma’ xogħol li ma ħallasx għalih għal iktar minn sitt snin.

Dan minkejja li l-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, qal li ppubblikahom.

Dwar dawn ix-xogħlijiet, li saru minn persuna li jissemma fil-Panama Papers, staqsejna lil De Marco hu u dieħel fil-Parlament u kkonferma kif Busuttil qarraq biex jiddefendih.

Għalhekk erġajna fittxejna lil Kap tal-Oppożizzjoni biex nitolbuh jiċċara. Kien kollu għalxejn.

Staqsejna wkoll numru ta’ deputati oħra biex naraw jekk huma rawhomx dawn l-imberkin irċevuti.

Ircivejna wkoll tweġibiet li ma konniex qegħdin nistennew.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend