Atletico Madrid l-ewwel finalisti | One News

Notifiki

Atletico Madrid l-ewwel finalisti

Bir-regola tal-gowl away Atletico Madrid huma l-ewwel finalisti tal-UEFA Champions League għal din is-sena wara li spiċċaw f’aggregate draw ta’ 2-2 ma’ Bayern Munich.

Wara li rebħu l-ewwel leg bl-iskor ta’ 1-0 il-plejers ta’ Diego Simeone kisbu dak li kellhom bżonn mil-logħba tal-lum anke jekk Bayern Munich iddominaw.

Għal Bayern Munich skorjaw Alonso (14) u Lewandowski (74), filwaqt li Griezman (54) skorja għal Atletico Madrid. Mueller, ta’ Bayern Munich u Torres ta’ Atletico Madrid kellhom penalty milqugħ mill-gowler tat-tim oppost.

Dan ir-riżultat ifisser ukoll li Pep Guardiola spiċċa r-renju ta’ tliet snin fl-Allianz Arena mingħajr iċ-Champions League, it-tazza li tant xtaqu mingħandu il-Bavarjani.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend