Sittax-il persuna arrestata b'pusses ta' droga | One News

Notifiki

Sittax-il persuna arrestata b’pusses ta’ droga

Sittax-il persuna kienu arrestati f’ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga u r-Rapid Intervention Unit matul it-tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

Is-suspettati huma ta’ nazzjonalità Maltija u Ingliża u l-età tagħhom tvarja bejn is-16 u l-35 sena.

Huma kienu arrestati f’diversi lokalitajiet, fosthom Paceville, ir-Rabat u Selmun wara li nstabu fil-pussess ta’ dawk li aktarx huma kokaina, ecstasy u raża tal-kannabis.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend