Punti marbuta mad-dritt tal-ħaddiem | One News

Notifiki

Punti marbuta mad-dritt tal-ħaddiem

Madwar terz tal-punti li se jingħataw lill-kumpaniji li jieħdu sehem f’sejħiet għall-offerti pubbliċi se jkunu marbuta mad-dinjita tal-ħaddiema. Dan skont regoli li daħlu fis-seħħ issa u li d-Direttur tad-Dipartiment tal-Kuntratti, Anthony Cachia, qed jgħamilha ċara li se jkunu osservati b’mod rigoruż.

F’intervista ma’ ONE NEWS spjega kif fost oħrajn hemm għoxrin punt li biex kuntrattur jirbaħhom irid jipprova li qed iħallas kif xieraq u hemm kuntratt miktub.

Min imbagħad ikollu ħaddiema msieħba ma’ unjin jista’ jirbaħ sa ħames punti oħra u iktar punti jista’ jirbaħhom ukoll min josserva l-liġi li tħares l-opportunitajiet għall-persuni b’diżabbilta. Id-direttur tad-Dipartiment tal-Kuntratti fisser kif minbarra l-ħtieġa tal-liġi hemm ukoll bżonn ta’ bidla fil-kultura u għalhekk għaddej sforz bil-għan li l-messaġġ ikun ikkomunikat b’mod ċar.

 IKTAR DETTALJI FIL-FILMAT. 

Rapport: Nicole Buttigieg

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend