Nitkellmu maċ-champion tad-dinja | One News

Notifiki

Nitkellmu maċ-champion tad-dinja

Nathan Lee Xureb jinsab fis-seba’ sema wara li lbieraħ rebaħ it-Tazza tad-Dinja tal-isparar f’livell tal-Juniors. F’kummenti ma’ ONE NEWS sostna li rebħa f’kompetizzjoni bħal din tgħinu biex ikompli jħares il-quddiem għal iktar suċċessi.

“Ħassejtni ferħan ħafna għax din il-medalja lewn id-deheb tfisser li x-xogħol u s-sagrifiċċji li qed nagħmel qed iħallu l-frott. Kien ikkonfermat li ninsab fid-direzzjoni t-tajba”

Xuereb fil-Ġermanja għeleb sfida ta’ tiraturi minn madwar id-dinja.

“Il-kompetizzjoni kienet ħarxa ferm. Kien hemm tiraturi mill-Istati Uniti, l-Ingilterra, ir-Russja, l-Indja, l-Italja, il-Ġermanja u bosta pajjiżi oħra. Mela tista’ taħseb x’livell kien hemm,” qal it-tiratur żagħżugħ li diġa’ moħħu fil-kompetizzjonijiet li jmiss, f’Malta, l-Italja u San Marino.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend