L-imsieħba soċjali b'appell kontra d-diskriminazzjoni | One News

Notifiki

L-imsieħba soċjali b’appell kontra d-diskriminazzjoni

L-għaqdiet ta’ min iħaddem u l-unjins tal-ħaddiema ngħaqdu flimkien biex iwasslu messaġġ ċar kontra diskriminazzjoni ma’ ħaddiema ta’ nazzjonalità barranija fuq il-post ta’ xogħol.

Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ Anton Borg f’isem l-imsieħba soċjali qal li min iħaddem mhux se jaċċetta li min iħaddem iwettaq deskriminazzjoni ma’ ħaddiema ta’ nazzjonalità barranija.

Minkejja li ġie rikonoxxut li l-Gvern ħa pass important biex jindirizza d-diskriminazzjoni fosthom mal-immigranti li jitħaddmu b’mod abbużiv, xorta waħda fadal ħafna xi jsir.

 

L-aktar settur li komuni jaħdmu fihom ħaddiema barranin huma fis-settur tal-ospitalità u l-kostruzzjoni. Tkellimna mas-Sandro Chetcuti, President tal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi.

 

Bil-għan li l-ħaddiema barranin ikunu aktar rikonoxxuti f’pajjiżna, is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers Union Josef Bugeja tkellem dwar il-proposti tal-Union.

 

Għaldaqstant l-appella jiqba’ wieħed,  biex fuq il-post tax-xogħol il-ħaddiema jitħallew jaħdmu f’dinjità u f’armonija u rispett lejn xulxin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend