L-Awditur Ġenerali jikkonferma: ebda involviment tal-PM fil-każ Gaffarena – One News

Notifiki

L-Awditur Ġenerali jikkonferma: ebda involviment tal-PM fil-każ Gaffarena

L-Awditur Generali Charles Deguara qal li l-Prim Ministru ma kellux assolutament x’jaqsam fil-każ Gaffarena dwar l-esproprjazzjoni fi Triq Zekka.

Waqt il-Kumitat ghall-Kontijiet Pubbliċi, il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici staqsa lill-Awditur Ġenerali Charles Deguara jekk il-Prim Ministru qatx issemma’ fil-każ Gaffarena. L-Awditur Ġenerali qal li mill-evidenza li ġabru, il-Prim Ministru qatt ma ssemma u ma kienx involut b’ebda mod.

Kien f’dan il-każ li l-Membru Parlamentari Michael Falzon – li refa’ r-resposabbilta’ politika dwar dan il-każ – qal li jikkonferma li l-esproprazzjoni fil-każ Gaffarena qatt ma ġiet diskussa jew telgħet quddiem il-Prim Ministru.

Kemm iċ-Chairman tal-PAC Tonio Fenech u anke d-Deputat Kap tal-Oppożizzjoni Mario Demarco staqsew ma kkontestawx l-istqarrija tal-Awditur Ġenerali.

Dan effettivament jifqa’ bużżieqa tal-Partit Nazzjonalista meta dejjem ippruvaw jimplikaw lill-Prim Ministru f’dan il-każ.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend