Ħolma konfermata: Leicester champions biż-żelqa ta' Spurs | One News

Notifiki

Ħolma konfermata: Leicester champions biż-żelqa ta’ Spurs

Iż-żelqa tat-Tottenham meta tilfu vantaġġ ta’ żewġ gowls fl-ewwel taqsima biex spiċċaw miżmuma fi draw maċ-Chelsea tat il-Premier League lil Leicester, żewġ logħbiet qabel tmiem il-kampjonat.

Gowl fit-82 minuta tal-logħba għal Chelsea tat lil Leicester il-kampjonat filwaqt li qatlet kull tama għall-Ispurs li jerbħu l-kampjonat.

Kienet logħba ta’ żewġt uċuħ illejla fi Stamford Bridge hekk kif Tottenham għamlu l-ewwel nofs tal-logħba f’forma mill-aqwa u skurjaw żewġ gowls. Madankollu t-tieni nofs tal-logħba kienet storja oħra bit-Tottenham ifallu ċ-ċans li jestendu l-vantaġġ tagħhom u minflok jaqilgħu żewġ goals.

Il-ħolma għal Leicester, club Ingliż li qatt ma rebaħ league fl-Ingilterra, ġiet ikkonfermata.

Iċ-ċelebrazzjoni fil-Belt ta’ Leicester illejla huma fl-aqwa tagħhom.

L-istorja tal-Leicester kienet waħda li tista’ tiġri biss fil-league Ingliż hekk kif tim li sewa madwar 20 miljun sterlina biex inbena, b’ismijiet ta’ plejers modesti spiċċa biex rebaħ il-kampjonat.

L-istorja tal-Premier League qed terġa tinkiteb illejla.

Ir-ritratt ta’ hawn fuq, meħud minn The Guardian, juri xena waħda miċ-ċelebrazzjonijiet.

 

screen

sogno realta

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend