Ħażin jekk ninsew | One News

Notifiki

Ħażin jekk ninsew

Ma jieqfu xejn il-fatti dwar dak li kien jiġri qabel l-2013  fil-gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista. Meta niżvelawhom f’ONE NEWS, jew tirrapportahom xi midja oħra, il-Partit Nazzjonalista jiddefendi lilu nnifsu billi jgħid li patta bit-telfa elettorali.

L-istess jargumentaw xi laburisti ġenwini u persuni l li m’għandhomx partit. Punt validu ħafna. Iżda, fiċ-ċirkostanzi ma naqbilx miegħu.

Ma naqbilx għax b’Simon Busuttil fit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista qabel l-2013 jibqa’ rilevanti ħafna. Għax Simon Busuttil kien parti minn dak il-partit, tant li kiteb il-manifest elettorali ta’ GonziPN fl-2008 u anke dak tal-2013. Kien parti integrali mill-gvern ta’ Lawrence Gonzi, anke jekk xi minn daqqiet jipprova jagħti l-impressjoni li ma kienx. M’għandniex xi ngħidu, ma jemmnu ħadd.

Iżda, hemm iktar minn hekk għaliex qabel l-2013 huwa rilevanti ħafna.

Simon Busuttil huwa mdawwar b’nies bħal Mario De Marco, Tonio Fenech, Clyde Puli, Jason Azzopardi u Chris Said fost oħrajn. Dawn huma lkoll eks membri tal-Kabinett li ħadu ħames mitt ewro żieda fil-ġimgħa.

Kif nistgħu nerġgħu nafdawhom meta għamlu dak l-att bil-moħbi tal-poplu Malti. Sal-lum l-eks membri tal-Kabinett għadhom iżommu bejniethom miljun ewro minn dik iż-żieda.

Hemm kwistjoni kbira ta’ kredibbiltà. Għaliex Jason Azzopardi jitkellem ħafna fuq id-Dipartiment tal-Artijiet meta fi żmienu saru każi bħal tal-Fekruna u ta’ Ernest Tonna fost oħrajn. Meta l-Awditur iċċensurah għax indaħal fejn mhux suppost. Għalhekk jien iktar nafda lil Deborah Schembri f’dekasteru bħal dan.

Għaliex Chris Said kif jista’ jitkellem dwar kontabbiltà meta qabel l-elezzjoni għamel ‘deal’ fuq art li permezz tagħha abbanduna proġett soċjali. B’hekk jiena iktar nafda lil Michael Farrugia li qed ifassal proġett ta’ ħamsin miljun ewro biex l-istokk jiżdied u mhux jonqos.

Għax kif jista’ Mario De Marco jitkellem fuq Panama Papers meta għamel snin ma’ jħallasx għal xogħol fuq id-dar tiegħu mingħand wieħed involut. B’hekk jiena iktar nemmen fl-intergità ta’ Louis Grech bħala Deputat Prim Ministru ta’ pajjiżi.

U fuq kollox kif nista’ nafda lil Simon Busuttil meta lil ‘whistleblower’ li għamel ix-xogħol għal voti f’Għawdex qallu għaliex ma waqafx jgħamel ix-xogħol la kien jaf li se jitilfu l-elezzjoni.

Iva, l-poplu kkastiga lill-Partit Nazzjonalista għal dak li seħħ qabel l-2013 imma Busuttil it-tagħlima ma ħadiex u n-nies ma nbidlux. Għalhekk jibqa’ relevanti mmens dak li ġara qabel l-2013. Għax in-nies li ġew sfiduċjati qed jerġgħu jitolbu l-fiduċja filwaqt li żammew l-istess aġir. Ħażin jekk ninsew. Fiż-żmien li ġej se nibqgħu niżvelaw.

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Send this to a friend