Demm rari: minn 40 jum għal 10 snin | One News

Notifiki

Demm rari: minn 40 jum għal 10 snin

Bħalissa għaddejjin testjiet sabiex jiġi ċċertifikat apparat li ser jippermetti li boroż ta’ demm rari jkunu jistgħu jinżammu iktar fit-tul, jiġifieri minn 40 jum jiġu friżati għal għaxar snin. Dawn jinżammu f’temperatura ta -70 grad celcius.

Dan qalu l-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne meta żar il-bank tad-demm fi Gwardamangia.

Hemm intqal li s-Servizz Nazzjonali tat-Trafużjoni tad-Demm jissuplixxi bi provista ta’ demm lill-isptarijiet u kliniċi kollha fejn jista’ jsir transfużjoni tad-demm.

Din is-sena, s’issa nġabru 120 borża demm aktar meta mqabbel mal-istess żmien tal-2015.

Kien hawn ukoll żieda fin-numru ta’ donaturi tad-demm li resqu għall-ewwel darba biex jagħtu d-demm. Kull sena jinġabru kważi 18,000 borża demm.

Minn kull borża demm issir borża demm ċelloli ħomor, plasma u platelets. Intqal li xi kultant, il-provista tad-demm tonqos għaliex id-domanda għalih mhix dejjem l-istess. Jiġi żmien fejn numru ta’ pazjenti jiżviluppaw mard serju fl-istess perjodu ta’ żmien, għalhekk jkollom bżonn id-demm u l-platelets fl-istess perjodu.

It-talba għad-demm żdiedet ukoll għaliex il-kura tas-saħħa dejjem qeda tikber u t-trattament ta’ mard serju qed jiġi ttratat aktar aggressivament bil-kimoterrapija, bil-konsegwenza li jkun hemm bżonn ta’ sapport b’aktar demm u platelets. Il-Ministru nnota li l-fejqan wkoll żdied ukoll, u dan bis-saħħa tad-donaturi tad-demm.

Pero jiġri wkoll, qal il-Ministru, li għal xi raġuni mhux faċli tispjega, li d-donaturi tad-demm jonqsu. Dan ġieli jkunu marbut ma’ xi avvenimenti li qed jiġru fil-pajjiż.

 Il-Ministru nnota li meta jsir appell, il-poplu Malti jirrispondi dejjem bi ħġaru.

13148205_10209654111137908_229109154_o

13128703_10209654120058131_1618918403_o

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend