Anzjan mhux ħati li barax karozza | One News

Notifiki

Anzjan mhux ħati li barax karozza

Anzjan ta’ 72 sena ma nstabx ħati li barax karozza b’ċavetta. Jirriżulta li ċertu Jesmond Montanaro sab il-karozza tiegħu mibruxa f’Santa Venera u talab għall-filmat tal-uffiċċju tal-MITA, xi ħaġa li kisbet il-pulizija. Minn dawn irriżulta li Alfred Vella deher għaddej minn biswit il-karozza u sid il-karozza għarfu.

Fil-qorti Montanaro argumenta li Vella resaq qrib il-karozza u kellu xi ħaġa tleqq f’idejh. “Kien miexi viċin ħafna li jobrox,” argumenta Montanaro.

Iżda, fl-ebda ħin l-anzjan ma deher jobrox il-karozza. Mill-qorti rriżulta li l-anzjan joqgħod fl-akwati u qatt ma kellu xi jgħid mas-sid, filwaqt li l-qorti ddikjarat li ma kienx hemm prova ċara biżejjed kif titlob il-liġi bil-prosekuzzjoni naqset milli ssejjaħ espert forensiku. Għalhekk l-anzjan kien illiberat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend