35 tifel u tifla f'Malta waħedhom u jfittxu l-ażil | One News

Notifiki

35 tifel u tifla f’Malta waħedhom u jfittxu l-ażil

15-il tifel jew tifla mis-Sirja ġew Malta mhux akkumpanjati minn adult u kellhom applikazzjoni għall-ażil f’pajjiżna s-sena li għaddiet.

Ħamest’itfal oħra mill-Mali kienu fl-istess sitwazzjoni.

B’kollox f’Malta 35 minur applika għall-ażil is-sena li għaddiet iżda wasal Malta kompletament waħdu. Minn dawn, 94% kienu subien u 3% kellhom inqas minn 14-il sena.

Persuna li tfittex l-ażil tkun qed tiddikjara li hija intitolata għal status ta’ refuġjat, iżda tkun teħtieġ li t-talba tagħha tkun verifikata. Madwar l-Ewropa, 88,256 tifel u tifla kienu qed jistennew li jingħataw l-ażil fl-2015. L-ogħla ammont kien mill-Afganistan, segwit mis-Sirja u l-Eritrea.

L-ikbar ammont ta’  tfal mhux akkumpanjati minn adult wasal fl-Italja. Hemm, 56.6% ta’ dawk li applikaw għall-ażil u kellhom inqas minn 18-il sena, waslu fil-pajjiż waħedhom.

Dan kollu ħareġ minn ċifri tal-Eurostat.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend