Traġedja Taljana – tifla ta' 4 snin tmut mgħaffġa | One News

Notifiki

Traġedja Taljana – tifla ta’ 4 snin tmut mgħaffġa

Inċident mhux tas-soltu fl-Italja ħalla tifla ta’ erba’ snin mejta.

It-tilfa Naplitana mietet mgħaffġa minn kanċell ġo villa żgħira. Rapporti fil-media Taljana jgħidu li niżlet mill-karozza tal-ġenituri tagħha flimkien ma’ membru tal-familja tagħha. Resqet lejn kanċell li, biex jinfetaħ, wieħed irid ikaxkru mal-art.

Meta t-tifla kienet qed tipprova tagħmel dan, il-kanċell ħareġ minn postu, bil-konsegwenza kerha li waqa’ fuq it-tifla. Il-ġirja lejn l-isptar f’Giugliano in Campania kienet għalxejn. Il-Pulizija qed tinvestiga dan il-każ, li ħasad bi kbir lill-komunita’ Naplitana.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend