Splużjoni fit-Turkija … tmut persuna u jindarbu tlettax oħra | One News

Notifiki

Splużjoni fit-Turkija … tmut persuna u jindarbu tlettax oħra

Fit-Turkija, splużjoni ta’ karozza bomba ħdejn għassa tal-Pulizija fil-belt ta’ Gaziantep, li tinsab fin-nofsinhar tal-pajjiż, ħalliet minn tal-inqas persuna mejta u tlettax-il persuna midruba, inkluż disa’ pulizija.

Fl-aħħar xhur żdiedet l-instabilità fit-Turkija hekk kif dan il-pajjiż qed jintlaqat mill-vjolenza mdemmija li ħakmet il-pajjiż ġar tagħha, is-Sirja.

CNN Turk irrappurtat li l-isplużjoni nstemgħet minn diversi kilometri ’l bogħod.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend