Pinna Maltija fil-Palestina | One News

Notifiki

Pinna Maltija fil-Palestina

Il-kittieb magħruf Malti Immanuel Mifsud għamel żjara kulturali fil-Palestina bejn 24-28 t’ April 2016 fuq stedina mill-Uffiċċju Rappreżentattiv tar-Repubblika ta’ Malta f’Ramallaħ, il-Palestina.

Matul iż-żjara, li ġiet iffinanzjata mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ta’ Malta, Dott Mifsud tkellem dwar il-Kitbiet Maltin fl-imgħoddi u issa.

It-taħdidiet saru fl-Universitajiet ta’ Birżeit u An-Naġaħ li jinsabu fl-ibliet Palestinjani ta’ Ramallaħ u Nablus . Mifsud qara poeżiji ta’ poeti kontemporanji Maltin.  Iltaqa’ mal-Ministru tal-Edukazzjoni tal-Palestina u s-Sindku ta’ Bethlehem u ppreżentalhom kopja  tax-xogħol tiegħu “Fl-Isem tal-Missier (u tal- Iben)”.

Dan kien maqlub għall-Ingliż u rebaħ il-Premju Letterarju tal-Unjoni Ewropea.

Waqt li kien fil-Palestina, Immanuel Mifsud kien akkumpanjat mir-Rappreżentant tar-Repubblika ta’ Malta fil-Palestina, Reuben Gauci.

 

7c0de410-4041-4dca-8d7e-8435fc60c9a2 c5b39fbd-8520-41ed-92b9-565508dfe005

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend