L-Għaqda tan-Nar Santa Marija toħroġ rebbieħa | One News

Notifiki

L-Għaqda tan-Nar Santa Marija toħroġ rebbieħa

Il-ħmistax-il edizzjoni tal-Festival Internazzjonali tan-Nar intemmet b’mod spettakolari l-bieraħ filgħaxija, bil-Port il-Kbir fl-isfond.
L-Għaqda tan-Nar Santa Marija ta’ Ħal Għaxaq ħarġet rebbieħa din is-sena. Għaqda li ilha mwaqqfa snin twal, tant li hu maħsub li twieldet xi snin wara li ġie mwaqqaf il-każin fl-1873.
Fit-tieni post ġiet l-Għaqda tan-Nar 23 t’April ta’ Ħal Qormi, li din is-sena qed tiċċelebra id-disgħin sena mit-twaqqif tagħha.
Warajhom ġew kompetituri Daniżi bl-isem Hojen and Magic Fyrvaerkeri Aps.
Fi stqarrija l-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis qal huwa impressjonat ħafna bl-istandard tal-festival, li jsir ukoll bħala parti mid-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea u jgħin biex iġib turisti f’pajjiżna f’xhur li mhumiex l-eqqel tas-Sajf.
Fil-festival jipparteċipaw għaqdiet Maltin, Għawdxin u barranin. Infatti l-ispettaklu fil-Port il-Kbir kien organizzat mill-grupp Taljan Pyroemotions u r-rebbieħa tas-sena li għaddiet, l-Għaqda tan-Nar Lourdes tal-Qrendi.

Ritratt ta’ Jeremy Wonnacott – DOI

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend