Inkurunati champions jekk jirbħu f'Old Trafford | One News

Notifiki

Inkurunati champions jekk jirbħu f’Old Trafford

Rebħa għal Leicester fil-konfront li għandhom llum ma’ Manchester United f’Old Trafford tista’ twassalhom għat-trijonf.

F’każ li jfallu milli jirbħu, il-Foxes ikun jonqoshom biss tliet punti miż-żewġ partiti li jridu jilagħbu kontra Chelsea u Everton.

Għall-partita tal-lum, Leicester se jkunu mingħajr l-attakkant Jamie Vardy, wara li tkeċċa kontra West Ham.

Manchester United għadhom mingħajr is-servizzi ta’ Luke Shaw, Bastian Schweinsteiger u Will Keane li għadhom qed jirkupraw mill-injuries tagħhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend