Baħar imqalleb – mill-inqas 84 mejta | One News

Notifiki

Baħar imqalleb – mill-inqas 84 mejta

Il-baħar Mediterran imqalleb ta’ dawn l-aħħar 48 siegħa ħataf il-ħajja ta’ 84 immigrant.

Skont l-Organizazzjoni Internazzjonali għal-Migrazzjoni, dawk li għerqu l-bieraħ kienu qed jivjaġġaw fuq dgħajsa żgħira, madwar sebgħa kilometri ‘l barra mill-kosta ta’ Sabrataha, fil-Libja.

Membri tas-salavataġġ Taljani rċivew telefonata bis-satellita mid-dgħajsa u dawn bagħatu vapur tal-merkanzija li kien fil-qrib għall-għajnuna. B’dan il-mod irnexxilhom isalvaw 26 immigrant, imma hu maħsub li ħafna aktar għerqu.

Meta dawk li salvaw ittieħdu Lampedusa, sar magħruf li kien hemm mill-inqass mitt persuna oħra fuq id-dgħajsa meta din telqet mill-Libja.

Ritratt ta’ ilgiornale.it

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend