Kollox lest għaċ-ċelebrazzjonijiet ta' Jum il-Ħaddiem | One News

Notifiki

Kollox lest għaċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum il-Ħaddiem

Fil-pjazza li tilqa’ fiha l-monument ta’ Manwel Dimech, wieħed mill-ewwel protagonisti fil-ġlieda għad-drittijiet tal-ħaddiem Malti,  illum se jingħaqdu eluf ta’ ħaddiema biex jiċċelebraw dak miksub fl-aħħar tliet snin.

Drittijiet ġodda u iktar opportunitajiet f’Malta li qed tinbidel taħt it-tmexxija ta’ Joseph Muscat.

Għal dan il-għan tul il-jum tas-Sibt kienu diġà bdew il-preparamenti.  B’għadd ta’ voluntiera tal-Partit Laburista jmiddu għonqhom għax-xogħol sa minn kmieni filgħodu.

William Lewis, Segretarju Organizzattiv tal-Partit Laburista, sostna li l-appell hu biex l-eluf jinġabru u għalhekk qed isiru t-tħejjijiet meħtieġa biex dawn isibu arranġamenti li jilqugħhom bl-aħjar mod.

Jidher li l-appelli biex il-folla tattendi se jintlaqgħu tant li l-Għawdxin għandhom vapur organizzat apposta, u mill-Kottonera se jkun hemm ukoll is-servizz bil-baħar. Oħrajn organizzaw it-trasport u għalhekk l-attività mistennija tiġbed persuni minn kull ġenerazzjoni.

Ġenerazzjonijiet li se jtennu l-istess għajta tal-1926 meta ttellgħet l-ewwet attività ta’ Jum il-Ħaddiem fl-Isla. L-għajta favur id-dinjità. Iżda fuq kollox il-ħtieġa ta’ viżjoni għal ġejjieni.

Fi Pjazza Kastilja mistenni jiddomina l-abjad u l-aħmar quddiem il-bini fejn ta’ kuljum jittieħdu l-ikbar deċiżjonijiet għal pajjiżna. Abjad u aħmar li jfakkar kemm pajjiżna miexi ’l quddiem.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend